Friday, October 18, 2024

Kważi 20,000 doża tal-Covid lil tfal bejn l-5 u l-11-il sena

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Sal-aħħar ta’ Jannar ta’ din is-sena, ngħataw 19,997 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lil tfal ta’ bejn l-5 u l-11 il-sena. Ħabbar Dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt li kien qiegħed iwieġeb għad-domanda tad-deputata Nazzjonalista Graziella Galea rigward it-tilqim mogħti tal-Covid-19.

Il-Ministru Fearne qal ukoll li minn fost il-kważi 20,000 doża mogħtija hemm 6,881minnhom li ħadu it-tieni doża wkoll. 

Fearne fakkar illi biex il-ġenituri jiġu inkoraġġiti jagħtu t-tilqima lil uliedhom, l-informazzjoni qiegħda tingħata kemm mill-midja soċjali, fuq il-website, gazzetti, webbanners kif ukoll permezz ta’ billboards.

Sport