Saturday, October 26, 2024

Kważi 30,000 ‘swab tests’ fid-djar tal-anzjani

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fi tmien xhur l-Awtorità tal-Istandards għamlet 1,773 spezzjoni u 29,684 ‘swab test’ fid-djar tal-anzjani b’rabta mal-Covid19.

Kien is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u Persuni b’Diżabilità Silvio Parnis li semma din il-figura fil-Parlament waqt li kien qed jitkellem fuq is-sitwazzjoni tad-djar tal-anzjani fi żmien il-pandemija.

Huwa spjega kif l-imsemmijin spezzjonijiet u testijiet saru bejn l-1 ta’ Marzu u t-3 ta’ Novembru.

Parnis semma kif residenti fi djar tal-anzjani li jinstabu pożittivi u ma jkollhomx bżonn jidħlu fl-Isptar Mater Dei jinżammu The Good Samartin Hospital.

Huwa kien qed jitkellem fis-seduta li matulha ġew diskussi l-estimi tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.

Sport