Wednesday, July 24, 2024

kważi 37,000 barrani ngħataw liċenzja Maltija mill-2017

Fl-ewwel jiem ta’ din is-sena nħarġu 221 liċenzja lil residenti barranin

Aqra wkoll

Mill-2017 sal-lum mas-36,880 resident barrani ngħataw il-liċenzja tas-sewqan Maltija. Ikkonferma dan il-Ministru għat-Trasport l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett meta kien qiegħed iwieġeb għad-domanda parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi. Minn naħa tiegħu l-Ministru ressaq quddiem il-Kamra l-figuri relattivi għal kull sena u xahar b’xahar.

Fl-2017 kien hemm 3,520 resident li ngħataw l-liċenzja bl-iktar xahar li fih nħarġu liċenzji kien f’Ottubru bi 384 u l-inqas kien Frar b’226.

Fl-2018 kien hemm 4,021 resident barrani li ngħataw l-liċenzja bl-iktar xahar li fih nħarġu liċenzji kien f’Mejju b’426 u l-inqas kien Frar b’256.

Fl-2019 kien hemm 5,040 resident barrani li ngħataw l-liċenzja bl-iktar xahar li fih nħarġu liċenzji kien f’Novembru b’546 u l-inqas kien Lulju bi 306.

Fl-2020 kien hemm 5,123 resident barrani li ngħataw l-liċenzja bl-iktar xahar li fih nħarġu liċenzji kien f’Diċembru b’554 u l-inqas kien Apri b’194.

Fl-2021 kien hemm 5,905 residenti barranin li ngħataw l-liċenzja bl-iktar xahar li fih nħarġu liċenzji kien f’Marzu b’563 u l-inqas kien Diċembru b’326.

Fl-2022 kien hemm 6,599 resident barrani li ngħataw l-liċenzja bl-iktar xahar li fih nħarġu liċenzji kien fi Frar b’1,045 u l-inqas kien Settembru b’435.

Fl-2023 kien hemm 6,451 resident barrani li ngħataw l-liċenzja bl-iktar xahar li fih nħarġu liċenzji kien f’Ottubru b’688 u l-inqas kien Settembru b’481.

Fl-ewwel 11-il jum ta’ din is-sena kien hemm 221 resident barrani li ngħataw liċenzja Maltija.

Fil-mistoqsija kien kjarifikat li t-talba kienet għall-ammont totali, iġifieri anke dawk li mhux bilfors għadhom sal-lum jgħixu f’pajjiżna.

Ekonomija

Sport