Saturday, October 26, 2024

Kważi 5,000 vittma konfermati fit-terremoti tat-Turkija

It-32 uffiċjal tal-Protezzjoni Ċivili jaslu fit-Turkija

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu għadhom kemm waslu t-32 uffiċjal tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-kelb tad-Dipartiment f’Elazig, it-Turkija. Dan tħabbar permezz ta’ ritratt li ttella’ fuq il-midja soċjali mill-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta.

Dan wara li lbieraħ it-Turkija u s-Sirja ntlaqtu minn żewġ terremoti qawwijin f’temp t’inqas minn 12-il siegħa; l-ewwel wieħed seħħ għall-ħabta tal-4.00 a.m. u mmarka qawwa ta’ 7.8 fuq l-Iskala Richter, filwaqt li t-tieni wieħed seħħ għall-ħabta tal-10:30 a.m., propju sitt sigħat u nofs wara l-ewwel terremot, din id-darba b’qawwa ta’ 7.6 fuq l-Iskala Richter.

Huwa stmat li n-numru ta’ vittmi qarrbu l-5,000 u matul is-sigħat li ġejjin minkejja jkomplu jiżdiedu.

“Anke jekk b’riskju għal ħajjithom, dawn se jkunu qed jagħmlu isem tajjeb lil Malta biex jgħinu lin-nies milquta minn dan id-diżastru naturali,” kiteb fl-aħħar sigħat il-Ministru Byron Camilleri fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook.

Intant fl-aħħar ħin is-servizzi tal-Protezzjoni Ċivili kkonfermaw li l-uffiċjali mibgħutin minn pajjiżna flimkien mal-kelb, li ilhom jitħarrġu għal dawn l-aħħar xhur b’rabta ma’ sitwazzjonijiet ta’ dan it-tip, waslu fil-belt Torka ta’ Malatya. Fl-ewwel ritratti minn fuq il-post, id-Dipartiment qasam ftit mill-ewwel xeni wara t-terremoti li seħħew ilbieraħ.

Sport