57,902 tifel u tifla li huma mill-etajiet tal-Kindergarten sas-Sekondarja din is-sena qegħdin jattendu xi skola f’Malta u Għawdex.
L-akbar ammont tat-tfal jinsabu fil-Primarja u jattendu fi skejjel tal-Gvern. B’kollox fil-klassijiet tal-Primarja hemm jattendu 27,300 tifel u tifla.
Dan ħareġ minn Mistoqsija Parlamentari li l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima kien qed iwieġeb lid-Deputat Justin Schembri.
Jirriżulta li fi skejjel tal-Gvern din is-sena hemm jattendu 34,188 tifel u tifla filwaqt li fl-iskejjel tal-Knisja għal din is-sena skolastika hemm jattendu 16,085.
Meta wieħed jieħu l-iskejjel Indipendenti jsib li fihom għal din is-sena hemm jattendu 7,629 tifel u tifla.