Monday, December 23, 2024

Kważi 700 baħri abbord l-aircraft Franċiż Charles de Gaulle pożittivi għall-coronavirus

Aqra wkoll

Terz mill-kważi 2,000 baħri abbord l-aircraft carrier Franċiż Charles de Gaulle rriżultaw pożittivi għall-coronavirus. Qal dan il-Ministeru Franċiż għad-Difiża.

Mit-testijiet li għadhom qed isiru s’issa 668 baħri rriżultaw pożittivi għall-virus. Il-Ministeru għad-difiża qal li 31 minn dawn il-baħrin qed jirċievu kura l-isptar, b’wieħed minnhom jinsab fil-qasam tal-kura intensiva.

Il-ġimgħa li għaddiet il-Gvern ranċiż ħa d-deċiżjoni biex l-aircraft carrier jinġieb lura Franza għaxart ijiem qabel minn operazzjoni fl-Atlantiku wara li wħud mill-membri tal-ekwipaġġ bdew juru sintomi tal-coronavirus.

S’issa mill-membri tal-ekwipaġġ kollha preżenti fuq l-aircraft carrier, 1,767 baħri ġew ittestjati għall-virus. Madankollu 30% tar-riżultati għadhom ma arġux, b’dan ifisser li aktar minn nofs dawk li ġew ittestjati rriżultaw pożittivi.

L-aircraft carrier Charles de Gaulle kien fl-Atlantiku bħala parti minn eżerċizzju tan-NATO fl-operazzjoni Chammal li għandha l-għan li tilqa’ għall-Istat Iżlamiku fl-Iraq u s-Sirja.

Ekonomija

Sport