Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 583 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 279 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 6,967.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 747 wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt kien irrappurtat li mietu tliet persuni waqt li kienu pożittivi għall-virus.