Monday, June 16, 2025

Kważi 800 parteċipant jieħu sehem fl-ewwel edizzjoni ta’ ‘The 10KM L-Istrina Palace Run’ b’risq il-Malta Community Chest Fund

Aqra wkoll

Saret b’suċċess l-ewwel edizzjoni ta’ The 10KM L-Istrina Palace Run li ġabet flimkien kważi 800 parteċipant li ġrew mill-Kastell Verdala sal-Palazz ta’ Sant’Anton, f’inizjattiva ġdida b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Fl-ewwel kummenti tagħha qabel il-ftuħ tal-ġirja, l-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-konkorrenza għal din il-ġirja, u rringrazzjat lill-parteċipanti kollha għall-ġest tagħhom li se jkompli jsostni lill-Malta Community Chest Fund biex tkun hemm għal dawk kollha li jiġu bżonnha.

The 10KM L-Istrina Palace Run saret fuq idea tal-Maġġur Richard Vassallo, bl-appoġġ tas-Sur Joseph Micallef u l-isponsors Eurosport u l-Fond għall-Kawżi Ġusti.

L-edizzjoni li jmiss ta’ The 10KM L-Istrina Palace Run se ssir fl-14 ta’ Ġunju 2026.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport