Saturday, November 16, 2024

Kważi 8,000 resident imġegħlin jaħarbu minn djarhom kaġun ta’ nirien f’Kalifornja

Aqra wkoll

Kważi 8,000 resident ta’ Riverside County, f’Kalifornja, kienu mġegħlin jaħarbu minn djarhom kaġun ta’ nirien li nfirxu fuq medda art ta’ aktar minn 4,000 ettaru.

In-nirien kienu rapportati nhar il-Ġimgħa li għadda, madankollu nfirxu f’qasir żmien u sal-bieraħ l-awtoritajiet kienu rrapportaw li mill-inqas residenza waħda kienet inqerdet.

Kaġun tan-nirien li nfirxu bla kontroll, ir-residenti ta’ 2,586 dar – li jammontaw għal madwar 7,800 resident, intalbu jevakwaw mid-djar tagħhom.

In-nirien kienu kibru minn madwar 700 ettaru nhar il-Ġimgħa li għadda, għal 4,125 ettaru sal-bieraħ filgħaxija.

Ekonomija

Sport