Friday, June 6, 2025

Kważi 91% qalu li jemmnu f’Alla

Stħarriġ ta’ Dr Vincent Marmarà dwar “l-Istat tan-Nazzjon”

Aqra wkoll

Il-maġġoranza assoluta ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ qalu li huma jemmnu f’Alla (90.9%). Kienu biss 5.5% tan-nies li qalu li ma jemmnux f’Alla. Filwaqt li 3.6% tan-nies qalu li ma jafux. Kważi għoxrin fil-mija ta’ dawk li għandhom bejn is-16-25 sena qalu li huma ma jemmnux f’Alla (19.8%). 

Aktar minn sebgħa u ħamsin fil-mija ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ qalu li r-reliġjon hija importanti ħafna f’ħajjithom (57.6%). Għal ftit aktar minn tletin fil-mija tan-nies, ir-reliġjon mhix daqshekk importanti f’ħajjithom (32.1%). Filwaqt li għal ftit aktar minn tmienja fil-mija, ir-reliġjon m’għandha l-ebda importanza f’ħajjithom (8.2%). Inqas kemm għandek età, inqas tqis importanti r-reliġjon f’ħajtek. 

L-istatistika turi li hemm tendenza ċara: iktar ma jkun għoli l-livell ta’ edukazzjoni ta’ persuna, inqas tqis ir-reliġjon bħala element importanti fil-ħajja. Dan jista’ juri li l-edukazzjoni qed tippromwovi sens akbar ta’ awtonomija personali li taffettwa l-valuri spiritwali tal-individwu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport