Ftit inqas minn elf persuna llum ħadu t-tilqima kontra l-influwenza. Qal dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne permezz ta’ tweet.
Huwa rringrazzja lill-infermiera li għażlu li jagħtu servizz wara li l-MUMN tat struzzjonijiet lill-infermieri biex mil-lum ma jagħtux it-tilqima.
Il-Ministeru għas-Saħħa wissa li din l-istruzzjoni jaf twassal għal potenzjal ta’ bosta mwiet.
Ftit inqas minn 1,000 persuna jieħdu t-tilqima tal-#influwenza fiċ-ċentri tas-saħħa llum, fl-ewwel ġurnata ta’ tilqim. Grazzi lil min għażel li jagħti servizz ? pic.twitter.com/ckhXIBS7sF
— Chris Fearne (@chrisfearne) October 11, 2020