Saturday, August 16, 2025

Kważi l-bajjiet kollha Maltin jikklasifikaw bħala eċċellenti u tajbin għall-għawm

- Il-Partit Laburista

Aqra wkoll

“Meta l-bajjiet Maltin huma miżgħudin bin-nies igawduhom u jieħdu pjaċir, l-għada ta’ Santa Marija, joħroġ il-Partit Nazzjonalista jivvinta li f’Malta m’hawnx fejn tmur tgħum għax skont il-Partit Nazzjonalista il-baħar kollu mniġġeż,” qalet stqarrija li nħarġet mill-Partit Laburista b’referenza għal stqarrija li ħareġ aktar kmieni l-Partit Nazzjonalista.

“Tassew li l-gideb, in-negattività u l-qerq tal-Partit Nazzjonalista m’għandhomx shut down!

“Dak li qal il-Partit Nazzjonalista ma jirriżulta minn imkien, inkluż mid-direttorat tas-saħħa pubblika li sa din il-ġimgħa stess kompla jiklassifika l-bajjiet bl-iktar mod trasparenti fejn il-maġġoranza assoluta (kważi kollha) tal-bajjiet Maltin jikklasifikaw bħala eċċellenti u tajbin għall-għawm,” itemm tgħid l-Istqarrija maħruġa mill-PL.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport