Thursday, May 22, 2025

Kważi nofs iż-żgħażagħ fir-Renju Unit jippreferu dinja mingħajr internet 

Aqra wkoll

Nofs iż-żgħażagħ ta’ bejn 16 u 21 sena jippreferu jgħixu f’dinja fejn l-internet ma jeżistix u jappoġġjaw “curfew diġitali.” Ir-riċerka turi li kważi 70% ta’ dawn iż-żgħażagħ jħossuhom agħar dwarhom infushom wara li qattgħu ħin fuq il-midja soċjali.

Studju ġdid li sar fir-Renju Unit wera li nofs (50%) jappoġġjaw “curfew diġitali” li jirrestrinġi l-aċċess tagħhom għal ċerti apps u siti wara l-10pm, filwaqt li 46% qalu li jippreferu jkunu żgħażagħ f’dinja mingħajr l-internet għal kollox.

Kwart ta’ dawk li wieġbu qattgħu erba’ sigħat jew aktar kuljum fuq il-midja soċjali, filwaqt li 42% ta’ dawk mistħarrġa ammettew li gidbu lill-ġenituri u lill-kustodji tagħhom dwar dak li jagħmlu online.

Waqt li kienu onlajn, 42% qalu li gidbu dwar l-età tagħhom, 40% ammettew li għandhom kont ta’ decoy jew “burner”, u 27% qalu li jippretendu li huma persuna differenti għal kollox.

Ir-riżultati ġew wara li s-Segretarju tat-Teknoloġija, Peter Kyle, ta x’jifhem li l-gvern kien qed jiżen il-possibbiltà li jagħmel il-ħinijiet ta’ qtugħ obbligatorji għal ċerti apps bħal TikTok u Instagram.

L-istudju li tmexxa mill-British Standards Institution, stħarreġ 1,293 żagħżugħ u sab li 27% ta’ dawk li wieġbu qasmu l-post tagħhom onlajn ma’ barranin.

Fl-istess stħarriġ, tliet kwarti qalu li qattgħu aktar ħin online bħala riżultat tal-pandemija, filwaqt li 68% qalu li ħassew li l-ħin li qattgħu online kien ta’ detriment għas-saħħa mentali tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport