Saturday, December 14, 2024

Kyiv milquta mill-akbar attakk bi drones mindu bdiet il-gwerra fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Ir-Russja wettqet l-akbar attakk tagħha bid-drones fuq Kyiv mill-bidu tal-invażjoni tagħha fl-Ukrajna s-sena li għaddiet.

Is-Sibt filgħodu, ir-residenti ta’ din il-belt qamu maħsuda bil-ħsejjes ta’ diversi splużjonijiet, filwaqt li għal diversi sigħat l-attakki mid-difiża tal-ajru ta’ Kyiv dwew madwar il-belt kollha.

Qed ikun irrapportat li kien hemm mewġa wara l-oħra ta’ attakki kemm min-naħa tat-Tramunanta kif ukoll mil-Lvant. Uffiċjali qalu li aktar minn 75 drone ġew sparati fid-direzzjoni tal-Kapitali u kollha kemm huma għajr wieħed twaqggħu.

Is-Sindku ta’ Kyiv Vitaliy Klitschko qal li ma kien hemm l-ebda mwiet irrapportati wara dan l-aħħar attakk, iżda ndarbu minn tal-inqas ħames persuni, inkluż tifel ta’ 11-il sena. Fost il-binjiet li ġġarrfu f’dan l-attakk kien hemm ukoll kindergarten.

Ekonomija

Sport