Saturday, December 14, 2024

Kyiv reġgħet ġiet attakkata bi drone … it-tieni attakk f’inqas minn 48 siegħa

… jiem diffiċli għar-residenti ta’ din il-belt

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ir-Russja reġgħet wettqet attakk ieħor bi drone matul il-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn, iżda b’xorti tajba ħadd ma ndarab. Dan kien it-tieni attakk f’temp ta’ jumejn, hekk kif matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, ir-Russja wettqet attakk ieħor fuq Kyiv li fih tilfet ħajjitha minn tal-inqas persuna waħda.

L-Ambaxxatur Ġenerali fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna, Oleksandr Scherba, qal li dawn l-aħħar jiem kienu ferm diffiċli għar-residenti ta’ Kyiv. Huwa żied jgħid li l-attakki permezz tad-drones u l-iljieli bla rqad minħabba ħsejjes kontinwi, tista’ tgħid saru parti mir-rutina.

Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, f’indirizz li għamel il-Ħadd, faħħar lill-forzi tad-difiża tal-ajru ta’ pajjiżu wara li Kyiv ġarrbet l-akbar attakk minn drones minn mindu bdiet il-gwerra fl-Ukrajna.

Ekonomija

Sport