Saturday, September 7, 2024

Kyle Satariano jirbaħ turnament internazzjonali fil-Ġermanja

Aqra wkoll

Il-plejer żagħżugħ Kyle Satariano rebaħ tournament internazzjonali tad-darts li sar fil-belt Ġermaniża ta’ Gevelsberg.

Satariano, li hu meqjus bħala wieħed mit-talenti Maltin li qed jipprometti għall-futur, kien qed jikkompeti fil-kategorija ta’ taħt it-12-il sena. Hu kien qed jikkompeti flimkien ma’ 17-il plejer ieħor.

Wara li temm fl-ewwel post tal-grupp tiegħu meta kiseb punti massimi, Satariano lagħab fil-finali kontra Nevio Rizzo u rebaħlu 4-0.

Wara li ġie ppreżentat bit-tazza u biċ-ċertifikat ta’ premjazzjoni, Satariano ngħata wkoll premju ieħor, dik li jilgħab logħba ta’ eżibizzjoni kontra d-darbtejn champion tad-dinja Gary Anderson.

Ekonomija

Sport