Id-difensur veteran Ingliż Kyle Walker se jkollu jistenna sax-xahar id-dieħel biex jagħmel id-debutt mal-klabb il-ġdid tiegħu AC Milan. Peress li l-Ingilterra m’għadhiex fl-Unjoni Ewropea, hemm xi kwistjonijiet burokratiċi fuq ir-reġistrazzjoni tal-plejer u għalhekk il-proċess jaf idum xi ftit. Fil-fatt hu jrid jinħariġlu permess ta’ xogħol bir-Rossoneri li qed jaħdmu bla heda sabiex id-debutt tiegħu ma jdumx ma jseħħ.
Walker ingħaqad ma’ Milan fuq bażi ta’ self mingħand Manchester City.