Is-sinjali kollha donnhom jindikaw li d-difensur internazzojonali Ingliż Kyle Walker se jħalli lil Manchester City u jingħaqad ma’ AC Milan b’mod permanenti fi ftehim dan is-sajf.
I Rossoneri iddeċidew li se jixtru lil Walker b’mod permanenti. Walker qatta’ t-tieni nofs tal-istaġun b’self fl-Italja, bid-diriġenti Taljan li konvinti li jagħmlu l-pass permanenti.
Walker għandu 34 sena u fil-passat lagħab ukoll ma’ Sheffield United, Tottenham Hotspur, Northampton Town, Queen’s Park Rangers u Aston Villa.