Kylian Mbappe żvela li l-idoli tiegħu Cristiano Ronaldo u Zinedine Zidane, ispiraw il-ħolma tiegħu li jmur ma’ Real Madrid.
Waqt li kien qed jitkellem mal-ġurnalisti, Mbappe qal li hu jgħix ħolma kuljum biex jilgħab f’Estadio Santiago Bernabeu..
Mbappe għandu 26 sena u ngħaqad mal-Madrileni fl-2024 u skorja 22 gowl fi 28 partita. Fil-passat huma lagħab ukoll ma’ Monaco u Paris St Germain.