L-attakkant ta’ Franza Kylian Mbappe, ħabbar li se jħalli Paris St-Germain fi tmiem l-istaġun.
Mbappe, ta’ 25 sena, ħabbar id-deċiżjoni f’filmat maħruġ fuq il-pjattaorma tal-midja soċjali tiegħu.
“Dejjem għedt li nitkellem magħhom meta jasal iż-żmien,” qal Mbappe.
“Din hija l-aħħar sena tiegħi ma’ Paris St-Germain. Mhux se nestendi l-kuntratt u l-avventura tiegħi tispiċċa fi ftit ġimgħat.”