Sunday, December 22, 2024

Kylian Mbappe jistqarr li ġie ttradut minn Paris St Germain

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Franċiż, Kylian Mbappe, stqarr li huwa ġie ttradut minn Paris St Germain u għaldaqstant ma baqax motivat aktar biex jilgħab għal dan il-club.

Il-kuntratt ta’ Mbappe fil-Parc des Princes kellu jiskadi fis-sajf ejn deher li kien se jingħaqad ma’ Real Madrid wara xhur ta’ spekulazzjoni.

Madankollu, ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja ddeċieda li jibqa’ ma’ PSG billi ffirma kuntratt ta’ tliet snin.  

Iżda dan il-ftehim  il-ġdid ta’ Mbappe kien jinkludi vantaġġi speċjali għal dan il-player fejn ingħata l-poter li jkollu leħen fi kwistjonijiet sportivi … hekk kif kien hemm taħdidiet miegħu fuq akkwisti ġodda.

Wieħed minnhom kellu jkun Robert Lewandowski li ried iħalli lil Bayern Munich. Player ieħor kien Bernardo Silva li kien wasal biex iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Manchester City.

Iżda ż-żewġ players imsemmija ma ngħaqdux mal-Pariġini hekk kif Lewandowski ffirma ma’ Barcelona filwaqt li Silva baqa’ jilgħab fl-Etihad Stadium.

Imbagħad issemma’ l-midfielder ta’ Inter, Milan Skriniar, iżda eventwalment baqa’ man-Nerazzurri.

Minflok, PSG iffirmaw lil Nuno Mendes, Vitinha, Fabian Ruiz, Carlos Soler, Renato Sanches, Nordi Mukiele u Hugo Ekitike.

Għal dan il-għan, ir-relazzjoni bejn iż-żewġ partijiet issa tant ħżienet li Mbappe nnifsu ħabba li f’Jannar li ġej irid iħalli lill-club.

Madankollu din l-attitudni ta’ Mbappe rrabjat ħafna mill-players biex huwa “iżolat” waħdu.

Ekonomija

Sport