L-attakkant ta’ Franza, Kylian Mbappe, tkellem għall-ewwel darba wara t-telfa tal-finali tat-Tazza tad-Dinja bl-iskor ta’ 4-2 bl-għoti tal-penalties wara draw ta’ 3-3.
Huwa wiegħed li “se nerġgħu nkunu fost l-isfidanti ewlenin”.
Minkejja li dan iż-żagħżugħ ta’ 23 sena skorja hat-trick, spiċċa fuq in-naħa telliefa fejn sar it-tieni player li skorja trippletta f’finali ta’ dan il-kompetizzjoni wara l-Ingliż, Geoff Hurst, fl-1966.
Grazzi għalih, Franza rkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals b’”maġija” fi spazju ta’ 97 sekondi, biex il-logħba kellha tmur għall-ħin barrani. Wara li Messi xeħet lill-Arġentina fil-vantaġġ, reġa’ kien Mbappe li kiseb d-draw ta’ 3-3 permezz ta’ penalty biex il-partita marret għall-għoti tal-penalties … fejn skorja wkoll l-ewwel penalty tal-Franċiżi.
Mbappe kien qed jimmira li jsir l-ewwel player mindu Pelé li rebaħ it-Tazza tad-Dinja għal darbtejn infila fl-etá ta’ 23 sena. Iżda l-ġurnata ma kinetx tiegħu … iżda ta’ Lionel Messi.
Peró xorta waħda kellu l-unur li jirbaħ iż-Żarbun tad-Deheb meta spiċċa l-aqwa skorer bi tmien goals … u issa jonqsu erbgħa biex jilħaq lill-Ġermaniż, Miroslav Klose, bħala l-aqwa skorer ta’ kull żmien tat-Tazza tad-Dinja.
Filwaqt li Mbappe s’issa skorja 12-il goal f’żewġ edizzjonijjiet, Klose skorja 16 fi tlieta.
“Se nerġgħu nkunu hemm!” huwa qal biex jagħmel kuraġġ lill-poplu Franċiż wara dan id-diżappunt.