Saturday, September 14, 2024

Kylian Mbappe jkompli jikser aktar rekords

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Franċiż Kylian Mbappe daħal fl-istorja tal-futbol Franċiż hekk kif laħaq lill-eks internazzjonali Michel Platini fir-raba’ post tal-klassifika tal-aqwa skorers Franċiżi ta’ kull żmien.

Mbappe skorja 42 gowl s’issa u dan wara li kien awtur ta’ żewġ gowls personali fir-rebħa kontra s-Slovakkja.

Mbappe issa jrid iħares ‘il fuq u jilħaq lil Antoine Griezmann u Thierry Henry sabiex ikompli jikser aktar rekords.

Ekonomija

Sport