Rapporti fi Franza qed isostnu li l-attakkant internazzjonali Franċiż, Kylian Mbappe, irid jitlaq lil Paris St Germain f’Jannar li ġej.
Dan minħabba li kellu tilwima mal-caoch Christophe Galtier dwar it-tattiċi tiegħu fejn dan tal-aħħar talab biex jittieħdu passi dixxiplinari mid-diriġenti tal-club.
Il-player ta’ 24 sena, fis-sajf li għadda kien se jissieħeb ma’ Real Madrid iżda aċċetta li jibqa’ mal-Pariġini b’salarju ta’ £650,000 fil-ġimgħa.
Peró minn dak in-nhar l-affarijiet inbidlu fit-team ta’ PSG minħabba li kważi kull player għandu kwistjoni miegħu l-aktar Neymar li xejn ma jaraw għajn m’għajn.
Qed jingħad ukoll li Liverpool jinsabu interessati fil-firma tiegħu … iżda … s-salarju se jkun problema kbira!!