L-attakkant ta’ Paris Saint-Germain, Kylian Mbappe, huwa lest li jieħu tnaqqis fil-paga sabiex jingħaqad ma’ Real Madrid dan is-sajf.
Il-futur taż-żagħżugħ ta’ 23 sena fil-Parc des Princes għadu inċert hekk kif il-kuntratt attwali tiegħu se jiskadi fit-30 ta’ Ġunju li ġej.
Real Madrid kienu marbuta b’mod qawwi ma’ offerta biex jiffirmaw lil Mbappe, b’rapport wieħed isostni li ċ-champions tal-La Liga huma ottimisti dwar iċ-ċansijiet tagħhom li jakkwsitaw lill-internazzjonali Franċiż dan is-sajf.
Huwa mifhum li Mbappe qed jippjana li jingħaqad ma’ Real Madrid dan is-sajf u lest li jieħu tnaqqis fil-pagi attwali tiegħu sabiex imur jilgħab fis-Santiago Bernabeu.
Jidher li l-Franċiż kien miftuħ għall-prospett li jibqa’ ma’ PSG, iżda l-attakkant għad irid ikun konvint mill-‘proġett sportiv’ tal-club u issa beħsiebu jsegwi sfida ġdida mal-Los Blancos.
Mbappe eċċella fl-attakk fl-istaġun 2021-22, fejn sab ix-xibka 35 darba u pprovda 23 assist fi 43 dehra għal PSG fil-kompetizzjonijiet kollha.