Opinjonist tal-futbol Franċiż kien qed jitkellem dwar il-progress jew rigress tal-attakkant Kylian Mbappe li ħalla lil Paris St Germain sabiex mar jilgħab ma’ Real Madrid. Dan l-istess kritiku qal li Mbappe għamel l-ikbar żball li seta’ jagħmel li ħalla liċ-champions Franċiżi fejn sostna li l-plejer ra kbir u ma ħasibx għal dak li jista’ jiġri f’Estadio Santiago Bernabeu.
Mbappe s’issa xejn mhux qed jikkonvinċi daqs kemm xtaqu d-diriġenti Madrileni għalkemm xi wħud qalu li wieħed irid itih iċ-ċans jidra l-ambjent il-ġdid tiegħu.