Fi tmiem il‑parteċipazzjoni tiegħu fil‑Konferenza tal‑Ispeakers u Presidenti tal‑Parlamenti tal‑Commonwealth (CSPOC) li nżammet ġewwa l‑Parlament tal‑Awstralja bejn it‑3 u s‑6 ta’ Jannar 2023, l‑Ispeaker tal‑Parlament Malti Anġlu Farrugia kellu l‑opportunità li jiltaqa’ ma’ diversi membri tal‑komunità Maltija li jinsabu fil‑pajjiż.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2023/01/speaker-2.jpg)
Huwa ltaqa’ ma’ dawn il‑Maltin fil‑Kummissjoni Għolja ta’ Malta ġewwa Canberra, kif ukoll fil‑clubs La Valette u Ħamrun ġewwa Sydney. L‑Ispeaker irrangrazzja lil dawn il‑Maltin u l‑għaqdiet rispettivi tagħhom li permezz tal‑ħidma, l‑attivitajiet u l‑interessi tagħhom jibqgħu tant marbutin ma’ Malta.
Dawn il-laqgħat kienu possibbli bil-għajnuna tal-Kummissarju Għoli ta’ Malta ġewwa Canberra Mario Farrugia Borg u l-Konslu Ġenerali ta’ Malta ġewwa Sydney Lawrence Buhagiar.