Is-sena 2024 kienet l-iktar sena sħuna li ġiet rekordjata li qabżet ’il fuq minn 1.5C ta’ tisħin. L-ogħla temperaturi reġistrati qabżu l-limitu ta’ temp estrem bi probabilta li l-agħar għadu ġej, turi dejta mis-Servizz tal-Unjoni Ewropea dwar it-Tibdil fil-Klima Copernicus (C3S).
It-temperatura medja fl-2024 kienet 1.6C ogħla mil-livelli preindustrijali, 0.1C ogħla mill-2023 li kienet ukoll sena sħuna rekord u tirrappreżenta livelli ta’ sħana qatt esperjenzati fl-istorja moderna tal-bniedem.
It-tisħin huwa primarjament ikkawżat mill-ħruq ta fjuwils fossili u l-ħsara lis-saħħa u lill-għajxien se tkompli teskala madwar id-dinja sakemm il-faħam, iż-żejt u l-gass ma jiġux jiġu sostitwiti.
Il-mira tal-ftehim ta Pariġi ta’ 1.5C hija mkejla fuq għaxra jew għoxrin sena, għalhekk sena waħda ‘l fuq minn dak il-livell ma tfissirx li l-mira tkun intilfet, iżda turi li l-emerġenza klimatika qed tkompli tintensifika.
Kull sena fl-aħħar għaxar snin kienet waħda mill-10 l-aktar sħan, b’rekords li jmorru lura għall-1850.
Id-dejta tas-C3S turi wkoll li 44% tad-dinja kienet affettwata minn sħana qawwija għall-estrem fl-10 ta’ Lulju 2024, u li l-aktar jum sħun fl-istorja rreġistrata kiemn fit-22 ta’ Lulju.
Issa hemm probabbiltà estremament għolja li tinqabeż il-medja ta 1.5C fil-limitu tal-ftehim ta’ Pariġi. Dawn it-temperaturi globali għoljin, flimkien ma’ livelli rekord globali tal-fwar tal-ilma atmosferiku fl-2024, fissru mewġiet ta’ sħana bla preċedent u avvenimenti ta’ xita qawwija li ġabu miżerja għal miljuni ta’ nies.
L-għargħar ta’ Valencia fi Spanja, l-uragani tal-Istati Uniti, it-tifuni tal-Filippini u n-nixfa tal-Amażonja huma biss erba’ diżastri li s-sena li għaddiet marru għall-agħar mit-tibdil fil-klima.
L-emissjonijiet tal-karbonju fl-2024 huma mistennija li jkunu stabbilixxew rekord ġdid għoli, li jfisser li għad m’hemm l-ebda sinjal tat-tranżizzjoni ‘l bogħod mill-fjuwils fossili mwiegħda min-nazzjonijiet tad-dinja fil-konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-klima f’Dubaj f’Diċembru 2023. Id-dinja tinsab fuq ir-rotta għal 2.7C ogħla ta tisħin globali katastrofiku sal-aħħar tas-seklu.
L-opportunità kbira li jmiss għall-azzjoni tiġi fi Frar meta l-pajjiżi jridu jissottomettu wegħdiet ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet lin-NU. Iżda, il-probabbiltà li jinżamm il-limitu ta ‘1.5C anke fuq medda itwal ta’ żmien tidher dejjem aktar remota. L-emissjonijiet tal-fjuwils fossili jridu jonqsu b’45% sal-2030 biex ikollhom iċ-ċans li jillimitaw it-tisħin għal 1.5C.
It-temperaturi ngħataw spinta fl-ewwel nofs tal-2024 mill-fenomenu naturali tal-klima El Niño, iżda baqgħu għoljin ħafna fit-tieni nofs tas-sena anke meta El Niño għeb. Xi xjenzati jibżgħu li jseħħ fattur mhux mistenni, li jikkawża aċċelerazzjoni inkwetanti tat-tisħin globali, għalkemm varjazzjoni naturali mhux tas-soltu minn sena għal sena tista tkun ukoll ir-raġuni.
It-tnaqqis fit-tniġġis mit-tbaħħir u sħab ta’ livell baxx, li t-tnejn jirriflettu d-dawl tax-xemx, ikkontribwixxew għal xi tisħin żejjed, iżda x-xjenzati għadhom qed ifittxu spjegazzjoni sħiħa għat-temperaturi estremi fl-2024.