Monday, December 9, 2024

“L-2024 kienet sena storika għall-politika barranija ta’ pajjiżna”

- id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Infakkar kif din is-sena 2024 kienet waħda storika għall-politika barranija ta’ pajjiżna. Sena li fiha urejna li minkejja aħna pajjiż żgħir u minkejja li aħna l-iżgħar fost l-Unjoni Ewropea, xorta waħda bħala poplu kapaċi noħolqu bidliet”. Iddikjara dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt id-diskussjoni tal-estimi finanzjarji tal-Budget 2025 għall-Ministeru li tiegħu huwa responsabbli.

Il-Ministru Borg spjega kif matul din is-sena, issaħħet r-reputazzjoni ta’ pajjiżna fid-diversi fora multileterali u li pajjiżna kiseb esperjenzi ta’ għarfien u kuntatti, li se jkomplu jkunu ta’ għajnuna fit-twessigħ tal-orizzonti ta’ pajjiżna fis-snin li ġejjin. Irrimarka li s-sena 2024 se tkun sena li tibqa’ imfakkra bħala waħda impenjattiva, hekk kif pajjiżna serva għat-tieni sena tat-terminu tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda fi żmien l-aktar delikat minħabba d-diversi kunflitti. 

Il-Ministru fakkar li kull meta ttieħdet deċiżjoni dwar ħidma b’rispett sħiħ dwar in-newtralità newtrali kif imnaqqxa fuq il-kostituzzjoni tagħna, dejjem imxewbil-parir tal-Avukat tal-Istat u bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-kamra fil-Parlament stess. Spjega li d-dinja għandha sfidi u opportunitajiet kbar quddiemha, li lkoll skontu jeħtieġu ħidma kollettiva, minħabba li huma marbutin flimkien. 

Fl-istess diskors, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin awgura lill-President elett Donald Trump illi b’mod ċar ġie magħżul mill-poplu Amerikan sabiex jerġa’ jservi din il-kariga 

Ekonomija

Sport