Sunday, October 27, 2024

L-400m tintrebaħ minn Marileidy Paulino tar-Repubblika Dominikana

Aqra wkoll

L-atleta mir-Repubblika Dominikana, Marileidy Paulino, rebħet l-400m tan-nisa f’ħin Rekord Olimpiku.

Hija waslet il-finali tal-400m tan-nisa li kienet tinkludi lil Sada Williams, Rhasidat Adeleke, iċ-champion tad-dinja Paulino, Natalia Kaczmarek, u ċ-champion tad-dinja tal-2019, Salwa Eid Naser.

Kien bidu tajjeb minn Naser f’lane 8, iżda Paulino bdiet tattakka u marret fuq quddiem b’mod ċar, fid-dritta biex rebħet id-dehe b’mod komdu, f’48.17, li kien  Rekord Olimpiku ġdid biex  ssuperat il-marka ta’ Marie-Jose Perec mill-1996!

Naser rebħet il-fidda f’48.53 u Kaczmarek għelbet lil Adeleke biex ħadet il-bronż f’48.98.

Sport