Friday, December 13, 2024

L-54 anniversarju ta’ ‘Jum il-Barrikati’

Ir-ribelljoni minn studenti fi Franza

Aqra wkoll

Bħal-lum 10 ta’ Mejju 1968, baqa’ magħruf bħala ‘Jum il-Barrikati’. Dan kien seħħ f’Pariġi meta eskalat ribelljoni. Eluf kbar ta’ studenti minn kulleġġi u universitajiet niżlu fit-toroq filgħaxija u okkupaw dak li kien jissejjaħ il-“Latin Quarter’.  Huma bdew anke jagħmlu barrikati fit-toroq. Qalbu għadd kbir ta’ karozzi, billboards u imbarraw toroq b’materjal tal-kostruzzjoni. 

Xi barrikati kienu għolja aktar minn żewġ metri. Id-dimostranti ngħataw ukoll materjal mir-residenti biex isaħħu l-barrrikati.

Għadd ta’ residenti bdew ukoll jagħtu l-ikel lid-dimostranti fit-toroq. L-għada, ftit wara nofsillejl, il-Pulizija ta’ kontra l-irvellijiet Franċiżi ppruvaw ikissru l-barrikati li kien hemm u tefgħu l-gass tad-dmugħ. Il-protestanti bdew ikantaw il-Marseillaise  u rreaġixxew billi bdew jitfgħu ġebel u kulma jsibu għal idejhom. Ir-residenti bdew jitfgħu l-ilma mit-twieqi biex jgħinu sabiex itaffu l-effett tal-gass tad-dmugħ fuq id-dimostranti. Il-Pulizija rreaġixxew għal dan billi sparaw il-gass tad-dmugħ fir-residenzi.

Sa filgħodu l-Pulizija kien irnexxielhom iwasslu biex ħafna mid-dimostranti jirtiraw, imma l-vjolenza użata wasslet biex id-dimostanti akkwistaw aktar simpatija. Il-protesti komplew u żdiedu u wasslu għal strajk ġenerali, b’ħafna fabbriki kienu okkupati mill-ħaddiema tagħhom stess. 

Ekonomija

Sport