L-abbatini tal-Paroċċa ta’ San Ġorġ Martri f’Ħal Qormi, għall-festi tal-Milied għamlu ġest verament nobbli. L-abbatini l-kbar marru jqassmu l-kartolini tal-Milied lil uħud mill-persuni fil-parroċċa li jgħixu wehidhom.
L-abbatini ż-żgħar taw sehemhom billi ħejjew il-kartolini li tqassmu. B’hekk ferħu ftit kif setgħu lil dawn il-persuni wkoll.