Saturday, May 4, 2024

L-aċċess pubbliku għall-wirt kulturali ta’ qiegħ il-baħar diskuss f’laqgħa organizzata minn Malta u l-UNESCO

Aqra wkoll

Fl-2021 ġie ċċelebrat l-20 anniversarju tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Ħarsien  tal-Wirt Kulturali ta’ Qiegħ il-Baħar. Kienet ukoll is-sena li fiha Malta rratifikat din il konvenzjoni. Għalhekk kien jixraq li ssir konferenza online ta’ ġurnata, organizzata bi  sħab bejn il-UNESCO u t-Taqsima għall-Wirt Kulturali ta’ Qiegħ il-Baħar (UCHU) ta’  Heritage Malta. 

Qiegħ il-baħar hu meqjus bħala l-akbar mużew tad-dinja li, madankollu, hu  inaċċessibbli u inviżibbli għall-maġġoranza tan-nies. Fil-fatt il-konvenzjoni tal UNESCO tidentifika l-kuxjenza pubblika bħala l-aktar rotta diretta lejn il-ħarsien u l preservazzjoni tas-siti f’qiegħ il-baħar, u tirrikonoxxi l-aċċess għal dawn is-siti bħala l aktar mezz effettiv biex titqanqal din il-kuxjenza. 

Il-problema tal-aċċess hawnhekk hija ovvjament il-lok fejn jinsabu dawn is-siti, li hu  aċċessibbli biss għall-membri tal-pubbliku li jgħoddsu. Fir-rigward tal-aċċess għall bugħaddasa, Malta fl-2019 implimentat sistema ta’ maniġġar imsejsa fuq aċċess  regolat, b’tali mod li r-regolazzjoni toħloq bilanċ bejn il-ħarsien tas-siti u l-aċċess  għalihom. 

Sabiex toħloq kuxjenza fost il-pubbliku li ma jogħdosx, f’Ġunju tal-2020 Malta nediet  il-mużew virtwali Underwater Malt. Din il-pjattaforma online għandha l-għan li  toħloq rotta aċċessibbli lejn il-wirt kulturali uniku ta’ qiegħ il-baħar ta’ Malta, billi  tagħti l-opportunità lill-pubbliku kollu biex jogħdos virtwalment fl-istorja. 

Fil-konferenza ħadu sehem kelliema minn bosta pajjiżi, fosthom l-Arġentina, il Filippini, il-Messiku, l-Italja, Spanja u l-Greċja. Dawn kollha ppreżentaw proġetti u  ideat li l-għan tagħhom hu li jipprovdu aċċess għall-wirt kulturali ta’ qiegħ il-baħar,  kemm virtwalment kif ukoll f’mużewijiet, f’wirjiet u f’qiegħ il-baħar stess. 

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, José Herrera, fetaħ il konferenza b’messaġġ lill-parteċipanti filwaqt li l-Professur Timmy Gambin, li jmexxi  l-UCHU fi ħdan Heritage Malta, għamel wieħed mid-diskorsi ewlenin. Il-mużew  virtwali Underwater Malta ġie ppreżentat minn Maja Sausmekat, kordinatriċi tal UCHU dwar l-arekoloġija ta’ qiegħ il-baħar, lill-kelliema u l-mistednin distinti ta’ din  il-konferenza.

Sport