Saturday, December 14, 2024

L-ACE tagħti merħba lis-CEO tal-MTA, is-Sur Carlo Micallef

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Istabbilimenti tal-Ikel tifraħ lis-Sur Charlo Micallef għall-kariga l-ġdida tiegħu ta’ Kap Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. L-Assoċjazzjoni tawgura kull suċċess lis-Sur Micallef f’dan l-irwol u tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha li taħdem miegħu mill-qrib.

L-ACE f’dawn l-aħħar snin kellha l-opportunità li taħdem mill-qrib mas-Sur Micallef f’okkażjonijiet differenti fl-industrija tal-ikel. Hija tħares ’il quddiem sabiex din ir-relazzjoni ta’ bejniethom tkompli tiżviluppa sabiex b’hekk ikunu jistgħu jindirizzaw l-isfidi li qed jaffaċċja dan is-settur, kif ukoll jagħmlu ċert li l-industrija tal-ikel tkompli tissaħħaħ fis-snin li ġejjin.

Ekonomija

Sport