Friday, December 13, 2024

L-ACE tappella għall-kawtela biex ma jkunx hemm allarm bla bżonn u bla bażi

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) qalet li tinsab kawta dwar iż-żieda riċenti fil-każijiet pożittivi tal-COVID-19 iżda hija aktar imħassba dwar id-dikjarazzjoni reċenti mill-unjin tal-infermiera li l-Isptar Mater Dei jinsab f’sitwazzjoni “ddisprata” minħabba n-numru ta’ pazjenti rikoverati bil-Covid-19. Fi stqarrija, l-ACE fil-fatt innutat li din id-dikjarazzjoni aktar tard ġiet miċħuda mill-awtoritajiet tas-saħħa lokali.

L-ACE laqgħet dak li tħabbar mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li qal li diversi miżuri tal-Covid-19 se jitneħħew bħala parti minn proċess li se jwassalna għan-normalità. L-ACE temmen li dan huwa l-aħjar mod ta’ kif wieħed jimxi ’il quddiem filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu l-impatt li l-pandemija kellha fuq l-industrija inġenerali matul is-snin li għaddew u jżomm f’moħħu ċ-ċifri promettenti tat-turiżmu mbassra għal dan is-sajf.

Filwaqt li l-ACE tkompli tisħaq fuq il-ħtieġa ta’ kawtela mill-pubbliku biex tiġi evitata żieda oħra fil-każijiet tal-Covid-19, hija appellat wkoll biex jirbaħ is-sens komun biex b’hekk jiġu evitati allarmi bla bżonn li jservu biss biex jagħmlu ħsara lill-industrija tal-catering, setturi oħrajn u l-pajjiż inġenerali.

Ekonomija

Sport