Tifla ta’ madwar 13-il sena tinsab mitlufa fil-baħar qrib iċ-Ċirkewwa. Sorsi qrib dan is-sit qalulna li t-tifla kienet ma’ raġel u ħuha ta’ 14-il sena.
Jidher li fil-baħar kawża tal-mewġ għoli li hemm fl-inħawi waqgħu kemm it-tifla u anke r-raġel.
Sorsi qrib dan is-sit qalulna li r-raġel li kien mat-tifla għandu ferita kbira f’siequ.
Aktar kmieni: L-AFM bi tfittxija għal persuna qrib iċ-Ċirkewwa
Bħalissa għaddejja operazzjoni fil-limiti taċ-Ċirkewwa hekk kif daħal rapport li kien hemm persuna li ma dehritx aktar b’suspetti li waqgħet fil-baħar.
Fuq il-post mill-ewwel marru uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili u anke ssejħu l-AFM li għaddejjin bit-tfittxija.
Sorsi qalu lil dan is-sit li kien hemm żewġ persuni li “waqgħu l-baħar”, iżda wieħed minnhom irnexxielu jitla’ lura l-art.
Aktar dettalji kif ikollna…

