Matul il-ġurnata tal-lum saret Route March organizzata mis-suldati tar-4 Regiment u l-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi Armati ta’ Malta, li bdiet minn Ħad-Dingli u ntemmet il-Buskett.
Matul din l-attività, is-suldati ġabru donazzjonijiet għal kawża ġusta, li ser jingħataw lil Malta Community Chest Fund Foundation, b’sostenn lejn inizjattivi li jgħinu lil dawk fil-bżonn.
Il-Forzi Armati ta’ Malta jibqgħu impenjati mhux biss fid-dmirijiet operattivi tagħhom, iżda wkoll fis-servizz lejn il-komunità u s-soċjetà inġenerali.

