
Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 61 immigrant li lbieraħ kellhom jiddaħħlu f’Buġibba wara li d-dgħajsa li kienu fuqha nqalbet. Ġie rrapportat kif sfortunatament wieħed mill-persuni tilef ħajtu.

Rapporti fil-midja qalu li l-maġġoranza tal-persuni li ġew salvati kienu mill-Bangladesh filwaqt li tnejn oħra huma ta’ nazzjonalità Eġizzjana.

