Ilbieraħ filgħaxija ċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni Għas-Salvataġġ ta’ Malta (RCC) kkoordina evakwazzjoni medika minn fuq bastiment tas-sajd, wara li ġie rrapurtat li membru tal-ekwipaġġ kellu bżonn attenzjoni medika urġenti.
Ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta wettaq it-trasferiment b’suċċess, u l-persuna kkonċernata ġiet mgħoddija lit-tim mediku tal-Isptar Mater Dei għal aktar trattament.

