Tuesday, March 10, 2026

L-AFM twettaq evakwazzjoni medika minn fuq bastiment

Aqra wkoll

Il-Forzi Armati ta’ Malta nhar it-Tnejn kienu mpenjati biex jevakwaw persuna li kellha bżonn attenzjoni medika.

Fi stqarrija l-AFM qalet li  ċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni Għas-Salvataġġ irċieva talba għall-għajnuna għal persuna li kellha bżonn attenzjoni medika abbord bastiment barra mill-Belt Valletta.

“Ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta ntbagħat immedjatament fuq il-post biex iwettaq evakwazzjoni medika. Minkejja l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, il-persuna ġiet irkuprata b’suċċess mill-bastiment u ttellgħet abbord il-ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta. Wara li l-ħelikopter niżel, il-persuna ġiet mgħoddija lit-tim mediku tal-Isptar Mater Dei sabiex tirċievi aktar kura medika,” itemm tgħid l-istqarrija tal-Forzi Armati ta’ Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport