Monday, July 14, 2025

L-Afrika t’Isfel se torganizza t-tazza tad-dinja tal-Blackball 2026

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni tal-Blackball tal-Afrika t’Isfel rebħiet id-dritt li torganizza t-tazza tad-dinja tal-Blackball fis-sena 2026. Din se ssir fil-belt ta’ Cape Town hekk kif l-aqwa plejers internazzjonali f’dan l-isport se jkunu qed jinġabru flimkien u jikkompetu għar-rebħ tal-unuri rispettivi.

Sa mit-twaqqif tagħha fis-sena 2019, il-Federazzjoni tal-Afrika t’Isfel ilha taħdem sabiex torganizza dan l-avveniment b’diversi inizjattivi fosthom it-twaqqif tal-kampjonati nazzjonali, iċ-ċertifikazzjoni tar-referees u programmi ta’ żvilupp.

Malta organizzat it-tazza tad-dinja tal-Blackball f’Novembru tas-sena l-oħra għall-ewwel darba fl-istorja tagħha. Bħas-soltu l-aqwa plejers Maltin se jkunu qed jieħdu sehem f’dan it-turnew li se jsir bejn l-24 ta’ Ottubru u l-1 ta’ Novembru 2026.

Fi stqarrija, il-Malta Blackball Federation ferrħet lill-Federazzjoni tal-Afrika t’Isfel u tinsab ħerqana li tieħu sehem f’dawn il-kampjonati. Fl-istess waqt, l-MBF tĦares ‘il quddiem sakemm tkompli taĦdem mal-gvern lokali sabiex ikompli jservi ta assistenza finanzjarja ghat-timijiet nazzjonali Maltin, speċjalment meta l-edizzjoni tal-2026 ser isiru barra mill-Ewropa.

Sadanittant l-edizzjoni ta’ din is-sena se ssir fil-belt Irlandiża ta’ Dublin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport