L-aġent ta’ David Alaba, Pini Zahavi, ċaħad xi spekulazzjonijiet li l-plejer ta’ Real Madrid jista’ jingħaqad ma’ xi tim mill-Pro League tal-Arabja Sawdija dan is-sajf. Huwa qal li r-rapporti li qed iduru dwar trasferiment ta’ Alaba lejn il-Pro League tal-Arabja Sawdija kienu foloz, u li ma kien hemm l-ebda negozjati jew offerti lill-plejer sa dak il-mument.
Żied jgħid li lanqas m’hu minnu li l-plejer kien miftuħ għal mossa bħal din, billi ma waslet ebda offerta uffiċjali, u li dak kollu li ntqal kien biss xnigħat.