Monday, October 28, 2024

L-aġenzija DBRS tikkonferma r-rating ta’ A High għal Malta bi prospetti stabbli

Aqra wkoll

L-aġenzija DBRS tikkonferma r-rating ta’ A High għal Malta bi prospetti stabbli. Dan ġie mħabbar li l-istess aġenzija ħarġet illum.

B’rabta ma’ dan ir-rapport il-Prim Ministru Robert Abela f’messaġġ li kiteb fuq X wera s-sodisfazzjoni għal dan ir-rapport fejn qal li pajjiżna qiegħed ikompli jimxi aktar ‘il quddiem minn dak li kienu qegħdin jistennew l-esperti.

Intant, l-Aġenzija qalet li fl-aħħar xhur ġie osservat tkabbir ekonomiku li baqa’ b’saħħtu ħafna. Innotat li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena il-Prodott Domestiku Gross kiber b’6%. Dan kien devut lil diversi qosma fl-pajjiżna fosthom it-turżimu.

Ir-rapport jgħid li t-tkabbir tal-PDG mistenni jaqbeż il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi l-oħrajn membri tal-Unjoni Ewropa. Dwar id-dejn pubbliku, ir-rapport jgħid li għalkemm kien hemm żieda fl-aħħar snin, dan xorta għadu moderat u meta tqabbel id-dejn ta’ Malta mal-pajjiżi taż-Żona Ewro għadu kkontrollat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport