L-aġenzija tal-immudellar Miss Malta din il-ġimgħa ppreżentat donazzjoni ta’ €5,702 lil Puttinu Cares.
Din l-aġenzija — li d-Direttur tagħha huwa Kersten Borg — organizzat kampanja ta’ ġbir ta’ fondi, li matulha l-mudelli li jiffurmaw parti mill-aġenzija Miss Malta taw sehemhom sabiex setgħet tinġabar din is-somma.
Il-kampanja ġiet fi tmiemha nhar is-Sibt li għadda fejn kien organizzat riċeviment għall-kontestanti li kienu parti minn dan is-suċċess.