Saturday, December 28, 2024

L-aġenziji tal-UE fl-istati membri żammew il-kontijiet nodfa

Aqra wkoll

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ikkonkludiet li l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea fi Stati Membri differenti adattaw tajjeb għas-sitwazzjoni bla preċedent ikkawżata mill-pandemija tal-COVID-19. L-awdituri kkonfermaw ukoll li l-immaniġġjar finanzjarju tal-aġenziji huwa f’qagħda tajba, bħal fi snin preċedenti, u ma ġiex affettwata b’mod estrem mill-pandemija. 

Il-QEA rrimarkat izda li għad hemm nuqqasijiet fil-kontrolli interni ta’ xi wħud mill-aġenziji u d-dgħjufijiet fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għadhom is-sors prinċipali ta’ irregolaritajiet. Fl-istess waqt fl-2020, xi wħud mill-aġenziji ltaqgħu ma’  restrizzjonijiet f’diversi l-oqsma.

Fl-awditu annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2020, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri eżaminat il-kontijiert ta’ 41 aġenzija u korpi oħra tal-UE, inkluż ir-rapporti finanzjarji u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-Baġit 2020, kif ukoll il-legalita u r-regolarita tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

L-awdituri ċċertifikaw kull wieħed mill-41 kont bħala affidabbli u għalihom kollha ħarġu opinjonijiet favorevoli dwar il-legalita u r-regolarita tad-dħul.

Barra minn hekk, l-awdituri identifikaw 54 nuqqas li fil-biċċa l-kbira tagħhom dawn in-nuqqasijiet kienu jikkonċernaw il-kontrolli interni, il-proċedura ta’ akkwist pubbliku, ir-riżorsi umani u l-immaniġġjar baġitarju.

Fl-aħħarnett l-awdituri osservaw żieda ġenerali fid-dgħjufijiet li jikkonċernaw l-iummaniġġjar tar-riżorsi umani b’mod partikulari l-fatt li r-rreklutaġġ naqas fil-bidu tas-sena 2020 fil-biċċa l-kbira minħabba l-Covid-19.

Ekonomija

Sport