Friday, December 27, 2024

L-aggressur ta’ Chicago kkontempla li jwettaq attakk ieħor ftit tal-ħin wara

Aqra wkoll

Ir-raġel li jinsab akkużat li fetaħ in-nar fuq nies li kienu qed jattendu parata tal-Forth of July f’Chicago kkontempla li jwettaq attakk ieħor f’żona oħra. 

Skont il-pulizija, is-suspettat ta’ 21 sena, saq għal iktar minn sagħtejn lejn Wisconsin wara li wettaq il-massakru ta’ f’Chicago fejn hemm ħalla seba’ persuni mejtin u għexieren feruti. Hekk kif kien qiegħed isuq, huwa ra ċelebrazzjoni oħra ta’ Jum l-Indipdendenza u dak il-ħin allegatament ikkonsidra li jwettaq attakk ieħor. 

Waqt is-smigħ quddiem il-qorti, il-prosekutri qalu li l-aggressur ammetta li huwa wettaq l-attakk. Jekk l-aggressur jinstab ħati, huwa jista’ jeħel piena ta’ għomor il-ħabs mingħajr il-possibbiltà ta’ parole. 

Fis-smigħ li sar ilbieraħ, il-Prosekuturi qalu li l-allegat l-aggressur – Robert Crimo –  spara xejn inqas minn 83 tir hekk kif dawn l-iskrataċ insabtu fuq ix-xena tar-reat flimkien ma’ għadd ta’ magazines. 

Bosta huma dawk li qed iqajmu mistoqsijiet dwar kif dan l-individwu kien kapaċi jixtri l-armi tan-nar mingħajr problemi u dan hekk kif Crimo għadda mit-testijiet kollha li sarulu minkejja li kien magħruf li fil-passat kien għadda kummenti ta’ theddid u dawn kienu rrapportati anke lill-awtortajiet. 

Ekonomija

Sport