Sunday, December 22, 2024

L-aggressur ta’ Copenhagen jiġi akkużat bi qtil 

Aqra wkoll

Ir-raġel ta’ 22 sena li huwa s-suspettat qattiel ta’ tliet persuni f’ċentru tax-xiri fil-kapitali tad-Danimarka, Copenhagen, qiegħed jiġi formalment akkużat bi qtil. Fl-attakk li seħħ nhar il-Ħadd li għadda, żewġ ċittadini Daniżi ta’ 17-il sena u ċittadin Russu ta’ 47 sena tilfu ħajjithom. F’dan l-attakk kien hemm erba’ persuni li sofrew ġrieħi bi wħud minnhom jinsabu f’qagħda kritika. 

Il-Pulizija qed jissuspettaw li dan l-individwu jsofri minn problemi ta’ saħħa mentali u s’issa xejn ma jindika li kellu xi motivi terroristiċi. L-uffiċjali tennew li l-aggressur kien armat bi xkubetta u sikkina u beda jispara fuq kull min inzerta quddiemu. Għalhekk, skont il-Pulizija, dan l-individwu jidher li “ma kienx motivat bil-ġeneru jew b’xi motivi oħrajn”.

Il-qorti Daniża ordnat lill-mi­dja biex l-isem tal-akkużat u tal-vittmi ma jiġux imxandra. Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Pulizija Daniża, Soeren Thomassen, iddeskriva lill-aggressur bħala “ta’ etniċità Daniża” u li kien qiegħed jaġixxi waħdu mingħajr ebda għajnuna. Huwa żied jgħid li dan l-individwu ftit li xejn kien magħruf mal-pulizija. Il-pulizija rnexxielhom jarrestaw lill-aggressur 13-il minuta wara li ġew mgħarrfa bil-każ.

Ekonomija

Sport