Jekk hemm xi ħadd li qed idawwar fuq il-Maġistrat wara li ħareġ jgħaġġel jikteb fuq Facebook b’fatti żbaljati huwa Darren Carabott bl-istqarrija li ħareġ hu stess.Minflok tgħallem li affarijiet serji mhumiex lok tal-politika mgħaġġla u partiġjana, Carabott baqa’ jippersisti fl-iżball. U issa daħħal miegħu lil Joe Giglio.
Dan iddikjah il-Partit Laburista fi stqarrija fejn intqal li; “Fil-Parlament ilbieraħ, il-Ministru Byron Camilleri qara l-fatti minn stqarrija tal-Korp tal-Pulizija. Dak wera li Carabott għaġġel meta mar jikteb fuq Facebook fuq każ li qiegħed il-qorti u hu wieħed serju. Carabott għaġġel għax wasal għall-konklużjonijiet li mhux minnhom u mhux għax it-tort kien ta’ xi ħadd jew ieħor”.
Il-PL temm jgħid; “L-irġulija titlob li meta tkun għaġġilt tasal fil-konklużjonijiet, tirregola ruħek. Iżda, Darren Carabott ma jafx jagħmel hekk. Minflok jibqa’ jippersisti f’attitudni li timmina l-ħidma tal-istituzzjonijiet u l-Korp tal-Pulizija”

