Sunday, November 24, 2024

L-aħħar 3 ijiem għall-użu tal-€100 vouchers

Aqra wkoll

Madwar 90% tal-vouchers stampati ġew utilizzati

Fadal biss l-aħħar tliet ijiem sabiex jiġu użati l-€100 vouchers li l-Gvern nieda fl-aħħar xhur bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika. Hekk kif l-użu tat-tieni round ta’ €100 vouchers jasal fi tmiemu fil-31 ta’ Ottubru, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri jappella lil dawk kollha li għadhom m’għamlux użu minnhom sabiex jieħdu din l-opportunità u jikkunsmawhom fil-ħwienet, fir-ristoranti, jew postijiet oħra eliġibbli.  

Informazzjoni miġbura mill-entità MIMCOL turi li madwar 90% kemm tal-vouchers blu u vouchers ħomor stampati ġew utilizzati.  Dan ifisser li fadal madwar 10% tal-vouchers stampati li għadhom iridu jiġu ikkunsmati.  

Il-Ministru Schembri qal li jinsab sodisfatt mir-rispons tal-pubbliku u anke tan-negozji li pparteċipaw fl-iskema li saret bil-għan li tingħata injezzjoni ekonomika ta’ madwar €50 miljun fl-ekonomija maltija. Inkoraġġixxa lill-membri tal-pubbliku u lin-negozji sabiex huma wkoll, permezz tal-mezzi diġitali, jgħinu fl-appell li fadal biss ftit sigħat għall-użu ta’ dawn il-vouchers.  

Il-Ministru Schembri rringrazzja lill-entità MIMCOL tax-xogħol kollu tagħha sabiex il-proċess kollu mexa bla xkiel. 

Sport