Sunday, December 22, 2024

L-‘aħħar’ flokk ta’ Manchester United li libes Cristiano Ronaldo rkantat għal eluf ta’ liri

Aqra wkoll

Il-flokk ta’ Manchester United li libes Cristiano Ronaldo fl-aħħar (u forsi verament l-aħħar) dehra tiegħu mar-Red Devils inbiegħ għal eluf ta’ liri f’irkant. 

Il-flokk abjad li bih il-United jilagħbu l-logħbiet tagħhom barra minn darhom, intlibes fit-telfa ta’ 3-1 għand Aston Villa u n-numru 7 inxtara minn offerent Ċiniż mingħajr isem għal aktar minn £39,000.

Teżisti possibbiltá kbira li huwa l-aħħar flokk li libes l-attakkant internazzjonali Portugiż għall-club minn Old Trafford. 

Dan minħabba li l-club beda proċess biex jikkanċella l-kuntratt ta’ Ronaldo wara l-intervista kontroversjali li għamel ma’ Piers Morgan matul il-ġimgħa li għaddiet. 

Qed jiġi rrappurtat li Manchester United taw struzzjonijiet lill-aġent tal-player biex wara t-Tazza tad-Dinja ma jirritornax f’Carrington, il-post fejn tagħmel it-taħriġ l-iskwadra ta’ Manchester United. 

Ekonomija

Sport